Lokali

Indjan iweġġa’ gravi wara li waqa’ mill-gallarija tar-residenza tiegħu f’San Ġiljan

Ritratt: Matthew Tabone

Żagħżugħ Indjan ta’ 25 sena weġġa’ gravi wara li waqa’ tliet sulari.

L-inċident seħħ il-Ħadd għall-ħabta ta’ 12:00pm fi Triq San Ġorġ, San Ġiljan.

Mill-investigazzjonijiet li saru rriżulta li l-Indjan waqgħa minn għoli ta’ madwar tliet sulari mill-gallarija tar-residenza tiegħu u spiċċa f’xaft.

Tim mediku flimkien ma’ membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili taw l-assistenza filwaqt li ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard hu kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.