Lokali

Iweġġa’ gravi wara ħabta bejn karozza u mutur f’Raħal Ġdid

Raġel ta’ 45 sena residenti Ta’ Xbiex weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident f’Raħal Ġdid.

L-inċident seħħ is-Sibt filgħaxija għall-ħabta tat-8:00 fi Triq Ħal Luqa, Raħal Ġdid.

Il-Pulizija marret fil-post u mil-ewwel investigazzjonijiet li saru rriżulta li kien hemm ħabta bejn mutur misjuq mir-raġel ta’ 45 sena u karozza misjuqa minn żagħżugħ ta’ 28 sena residenti Ħaż Żabbar.

Tim mediku mar fil-post sabiex jassisti filwaqt li ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.