Stewart Said
SLIEMA FRANK SALT……….. 23
VALLETTA IZIBET……………… 4
(6-0), (6-0), (5-2), (6-2)
Faċli wisq għal Sliema Frank Salt kontra Valletta Izibet. Il-logħba kellha storja waħda, bis-Slimiżi jiddominaw filwaqt li Valletta setgħu biss jippruvaw jillimitaw id-danni.
Tripletta ta’ Liam Galea, doppjetta ta’ Jayden Cutajar u gowl ta’ Dino Zammit taw vantaġġ ta’ sitt gowls lil Sliema fl-ewwel sessjoni. Sliema skorjaw sitta oħra mingħajr risposta fit-tieni sessjoni, b’din id-darba jkun Benji Cachia li skorja tripletta.
It-tim ta’ Beto Fernandez kompla jikkontrolla l-logħba li naqset ftit fl-intensità iżda Sliema baqgħu jkabbru l-vantaġġ. L-uniku konsolazzjoni għal Valletta f’dan il-konfront kien li rnexxielhom isibu x-xibka erba’ darbiet, f’logħba li jridu jinsew malajr.
Sliema: N. Grixti, J. Gabarretta, L. Galea (4), D. Rizzo, E. Schembri (1), B. Cachia (3), J. Cutajar (4), M. Mifsud (3), J. Brownrigg, J. Gambin (1), Z. Mizzi (2), D. Zammit (2), A. Bugeja, J. Sciberras (3), S. Engerer
Valletta: B. Busuttil, J. Spiteri Staines, Z. Micallef, J. Cassar, S. Busuttil (2), K. Borg (1), D. Paolella, J. Chircop (1), S. Micallef, A. Agius, M. Demarco, K. Cremona, A. Theuma
Referees: Richard Magri, Massimo Angileri
SAN ĠILJAN PROJECTS……. 19
SIRENS………………………………… 8
(3-1), (4-2), (9-4), (3-1)
Dawn iż-żewġ timijiet iltaqgħu ftit jiem ilu fl-aħħar logħba mill-fażi Preliminari. F’din l-ewwel logħba tal-Kampjonat Premier, ir-riżultat kien identiku b’San Ġiljan jirbħu b’distakk ta’ gowl iktar minn erbat ijiem ilu.
Fl-ewwel parti tal-logħba, San Ġiljan kellhom il-kontroll iżda Sirens kienu qed jippruvaw jibqgħu fil-logħba. Il-gowl ta’ Jerome Zerafa Gregory fil-bidu tat-tielet sessjoni seta’ jagħti dimensjoni differenti iżda Matthew Zammit wieġeb b’doppjetta minn tiegħu u San Ġiljan fetħu distakk ta’ 9-4.
Dan id-distakk kien il-bidu biex il-Ġiljaniżi mhux biss jiksbu t-tliet punti iżda jirbħu b’vantaġġ notevoli. Andreas Galea skorja tripletta sa tmiem is-sessjoni, b’Sirens jitilfu lill-gowlkiper Thomas Micallef li ġie eskluż b’mod definittiv. Huma komplew jikkontrollaw fl-aħħar sessjoni.
San Ġiljan: J. Tanti, N. Bugelli (2), A. Galea (2), G. Bonavia, R. Caruana (2), M. Zammit (5), B. Plumpton (1), J. Bonavia (1), J. Abela (1), N. Zammit (4), D. Zammit (1), N. Bonavia, G. Borg, S. Cutajar, K. Calleja
Sirens: T. Micallef, T. Perici Ferrante, K. Erdogan, J. Cachia (1), J. Zerafa Gregory (3), G. Farrugia (2), M. Chircop (1), W. Ruggier, G. Sammut, M. Cutajar, M. Sciberras (1), K. Agius
Referees: Peter Balzan, Neville Mercieca
BIRŻEBBUĠA FREEPORT………. 11
OTTERS NIVEA…………………….. 7
(2-1), (2-2), (4-2), (3-2)
Birżebbuġa Freeport kisbu l-ewwel rebħa fl-Ewwel Diviżjoni. Fl-assenza tal-veteran David Cutajar, Birżebbuġa kellhom jitħabtu biex għelbu lil Otters Nivea.
It-tim ta’ Pierre Borg kiseb vantaġ doppju kmieni fil-logħba iżda Otters baqgħu fil-logħba u saħansitra kmieni fit-tielet sessjoni kienu għamlu l-iskor 4-4 permezz ta’ Mark Meli minn penalty.
Dan il-gowl donnu qajjem lil Birżebbuġa li reġgħu ħadu l-kontroll tal-logħba u bdew l-aħħar sessjoni b’vantaġġ ta’ 8-5. Otters baqgħu jittamaw li jirkupraw iżda doppjetta ta’ Peter Borg lejn nofs l-aħħar sessjoni aċċertat mir-rebħa għal Birżebbuġa.
Birżebbuġa: C. Borg, P. Borg (3), N. Cassar (2), B. Grech (1), K. Grech, N. Fenech, R. Spiteri, D. Farrugia (1), K. Tanti (1), G. Mannino (3), W. Mizzi, S. Livori, I. Galea, S. Bezzina
Otters: M. Xerri, D. Dimech, K. Scicluna, K. Micallef, M. Meli (5), A. Bianchi, I. Azzopardi, S. Dimech, L. Dimech (2), K. Saliba, M. Farrugia, A. Dimech, G. Gatt Ellis
Referees: Stefan Licari, Ronnie Spiteri
Logħob li jmiss
Kampjonat Premier
It-Tlieta 28 ta’ Marzu
Sirens v Exiles 8.10pm
L-Erbgħa 29 ta’ Marzu
Neptunes v Valletta 7.05pm
San Ġiljan v Sliema 8.10pm
L-Ewwel Diviżjoni
It-Tlieta 28 ta’ Marzu
M’skala v M’xlokk 6.00pm
Birżebbuġa v Ta’ Xbiex 7.05pm
L-Erbgħa 29 ta’ Marzu
Otters v Barracudas 6.00pm
//= $special ?>