Sport Sport Ieħor

MotoGP: Francesco Bagnaia jirbaħ l-ewwel tellieqa tal-2023 fil-Portugall

(Ritratt: EPA)

Ic-Champion attwali Francesco Bagnaia beda l-istaġun il-ġdid tal-MotoGP b’rebħa dominanti fil-Portugall.

Is-sewwieq ta’ Ducati temm it-tellieqa b’total ta’ 37 punt. Maverick Vinales fuq Aprilia u Marco Bezzecchi ta’ Ducati spiċċaw fit-tieni u fit-tielet post rispettivament biex b’hekk għamlu parti mill-ewwel podium tas-sena flimkien ma’ Bagnaia.

Żewġ sewwieqa oħra ta’ Ducati fir-raba’ u ħames post, bis-sewwieq Franċiż Johann Zarco jispiċċa fir-raba’ post, filwaqt li Alex Marquez itemm it-tellieqa fil-ħames post.

Fis-sitt post temm it-tellieqa Brad Binder segwit minn Jack Miller fuq KTM.

Fabio Quartararo fuq Yamaha u Aleix Espargaro fuq Aprilia temmew fit-tmien u fid-disa’ post rispettivament, b’ Alex Rins ta’ Honda jkun l-aħħar sewwieq li jagħmel parti minn l-ewwel għaxra.