Sewwieq ta’ mutur qed isofri minn ġrieħi gravi wara li seħħ inċident tat-traffiku kmieni dalgħodu fiz-zona tal-Imrieħel, fid-direzzjoni lejn il-Ħamrun.
Il-każ seħħ fis-7:30am fi Triq Notabile.
Il-mutur, tat-tip Honda, kien misjuq minn raġel ta’ 48 sena minn Ħ’Attard li ttieħed l-isptar b’ambulanza.
Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Il-vettura l-oħra involuta fl-inċident kien vann żgħir tal-għamla Suzuki misjuqa minn raġel ta’ 77 sena residenti Ħal Balzan, li ma weġġax.
