Lokali

Żagħżugħ iweġġa’ gravi wara inċident bl-e-scooter

Spanjol ta’ 17-il sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident b’e-scooter f’San Ġiljan.

L-inċident seħħ il-Ħadd filgħodu għall-ħabta tal-5:00 fi Triq Ġorġ Borġ Olivier, San Ġiljan.

Il-Pulizija marret minnufih fil-post u mill-ewwel investigazzjonijiet li saru rriżulta li ż-żagħżugħ li kien qed isuq e-scooter kellu impatt ma ‘ karozza li kienet misjuqa minn raġel ta’ 48 sena residenti n-Naxxar.

Iż-żagħżugħ ngħata l-għajnuna minn tim mediku fejn ftit tal-ħin wara ttieħed l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.