Rowen Camilleri
MALTA……………0
ITALJA…………….2
Malta: H. Bonello, C. Attard (Z. Muscat 64′), S. Borg, M. Guillaumier, J. Mbong, F. Apap (J. Brown 83′), A. Satariano (K. Nwoko 64′), J. Corbolan, N. Muscat (T. Teuma 76′), Y. Tankam, J. Jones (S. DImech 76′)
Italja: G. Donnarumma, G. Di Lorenzo (M. Darmian 46′), W. Gnoto (V. Grifo 22′), M. Pessina, Emerson, G. Scalvini (R. Toloi 83′), B. Cristante, M. Politano, M. Rategui (G. Scamacca 67′), S. Tonali (M. Veratti 67′), A. Romagnoli
Imwissija: G. Di Lorenzo 36′, G. Salvini 54′ (It)
Skorjaw: M. Retegui 15′, M. Pessina 27′ (It)
Referee: Georgi Kabakov (Bulgarija)
Assistenti Referees: Martin Margaritov u Diyan Valkov (Bulgarija)
It-tim Nazzjonali Malti sofra t-tieni telfa minn Grupp C ta’ Kwalifikazzjoni għall-EURO 2024, meta fl-Istadium Nazzjonali kien megħlub mill-Italja ta’ Roberto Mancini bl-iskor ta’ 2-0. Il-Maltin kellhom il-mumenti tagħhom fil-partita iżda l-Azzurri rnexxielhom jikkontrollaw tajjeb ir-riżultat wara li skorjaw darbtejn fl-ewwel taqsima permezz taMateo Retegui u Matteo Pessina
Marcolini għamel bosta bidliet mill-aħħar partita fejn kien sforzat li jħalli barra lil Teddy Teuma minħabba li weġġa l-hamstring fl-aħħar sessjoni ta’ taħriġ kif ukoll beda lil Nikolai Muscat, Yannick Yankam, Jodi Jones u Juan Corbalan.
Ħames minuti logħob u ċans tajjeb għall-Maltin meta Joseph Mbong għadda ballun fit-tul lejn Satariano li minkejja li ssikkat minn Scalvini u Pessina rnexxilu jikkonkludi b’Donnarumma jwettaq save mill-isbaħ u jdawwar f’korner. Mill-korner, il-kross ta’ Jodi Jones sab lil Yannick Yankam li ra d-daqqa ta’ ras tiegħu tkun milqugħa għal darb’oħra mill-goalkeeper ta’ PSG.
Mall-kwarta logħob l-Italja fetħu l-iskor meta l-ewwel kien xutt ta’ Romagnoli li Bonello dawwar f’korner biex mill-istess azzjoni tal-korner, Tonali tefa’ kross fil-kaxxa li sab lil Mateo Retegui li għola tajjeb u b’daqqa ta’ ras għeleb lill-goalkeeper ta’ Ħamrun Spartans.
L-Azzurri rdoppjaw fis-27 minuta meta Emerson mix-xellug tefa’ kross fil-kaxxa ż-żgħira fejn kien hemm Matteo Pessina fil-pożizzjoni t-tajba li kompla għal ġewwa mill-viċin. Erba’ minuti wara Henry Bonello wettaq save brillanti fuq xutt tas-sostitut Vincenzo Grifo.

L-ewwel xutt fit-tieni taqsima wasal mill-Maltin fid-49 minuta meta l-ewwel xutt-ta’ Corbolan kien imblukkat mid-difiża, bil-ballun jerġa jaqa f’saqajn l-istess plejer iżda din id-darba tefa’ għoli.
Fis-56 minuta attakk ieħor Malti fejn l-ewwel ikun Jodi Jones li t-tentattiv tiegħu minn barra l-kaxxa kien devjat f’korner biex mbagħad kien hu li nkariġa mill-korner bil-kross tiegħu jasal għand Guillaumier li niżżell lejn Yankam iżda f’żewġ tentattivi ma rnexxielux jinkwadra l-lasta.
Il-Maltin koplew jinsistu u fis-67 minuta Nikolai Muscat jitfa’ free kick fil-kaxxa avversarja fejn sab lil Steve Borg li bir-ras għadda lejn Guillaumier, iżda dan tal-aħħar bir-ras tefa’ għoli.
Minuta wara Bonello wettaq save mill-isbaħ fuq is-sostitut Scamacca li prova xutt akrobatiku.
Fit-80 minuta ċans tajjeb għal Malta meta Yankam għadda ballun tajjeb lejn Mbong fil-kaxxa iżda x-xutt tan-numru 7 kien imdawwar f’korner mid-difiża.
Din kienet l-aħħa r azzjoni denja ta’ nota tal-partita bir-referee Bulgaru wara tliet minuti ta’ ħin miżjud jsaffar tmiem il-konfront bit-tim Nazzjonali Taljan jieħu l-ewwel tliet punti fi Grupp C.

