Lokali

Żewġ surveys oħra jikkonfermaw li naqas id-distakk bejn iż-żewġ partiti

Stħarriġ ippubblikat mis-Sunday Times of Malta u ieħor ippubblikat mit-Torċa juru li l-Partit Nazzjonalista kompla jżid l-appoġġ fost l-elettorat, filwaqt li l-Labour kompla jnaqqas. Dawn iż-żewġ surveys isegwu l-istħarriġ li kien ippubblikat ħmistax ilu mill-gazzetta MaltaToday.

L-isħarriġ li sar minn Vincent Marmara juri li meta wieħed iqabbel dan l-istħarriġ mal-elezzjoni ġenerali ta’ sena ilu, jinnota li l-Partit Nazzjonalista żied kważi 2% filwaqt li l-Partit Laburista naqqas kważi 2%. Kieku kellha ssir elezzjoni ġenerali llum, 53,3% jivvutaw lill-Partit Laburista filwaqt li 43.6% lill-Partit Nazzjonalista. Bid-distakk bejn iż-żewġ partiti bħalissa jinsab bejn 26,000 u 29,000 vot favur il-Partit Laburista.

L-istħarriġ tat-Times juri li f’sena waħda biss il-Partit Laburista tilef 16,000 vot. Dan filwaqt li 52% ta’ dawk li jappoġġaw lill-Partit Laburista qalu li mhumiex sodisfatti għall-mod kif qed jimxi l-Gvern. Bid-distakk bejn iż-żewġ partit huwa dak ta’ 23,000 vot.

Iż-żewġ surveys juru li kien hemm żieda fin-numru ta’ persuni li ma jridux jivvutaw.

Is-survey tat-Times juri li l-popolartià tal-Labour tinsab fl-inqas livell f’dawn l-aħħar snin… tnaqqis li jirrifletti dak li bħalisa għaddej minnu l-Gvern wara s-sentenza tal-Qorti dwar it-tliet sptarijiet kif ukoll ir-rivelazzjoni taċ-chats li saru bejn id-Deputat Laburista Rosianne Cutajar u l-imprenditur Yorgen Fenech…. b’Cutajar tgħid li taħt il-Labour ‘kulħadd jinħanżer’.

It-Times tgħid li l-fiduċja fil-Prim Ministru Robert Abela naqset fil-faxex kollha li analizza dan l-istħarriġ.