Lokali

Abela jibqa’ jgħid li Steward wettqet “investiment”

L-iskandlu ta’ Steward. Il-membri tal-Labour jabbużaw mill-poter. U l-kriżi tal-għoli tal-ħajja.

Dawn huma kollha sitwazzjonijiet li l-poplu Maltin ghadu qed jaffacja – sitwazzjonijiet li qed jaffetwahom b’mod sħiħ. Iżda Robert Abela fl-ebda mument waqt intervista li kellu mal-MaltaToday ma ta soluzzjoni dwar x’se jaqbad jagħmel biex jindirizza kull waħda minnhom.

Minkejja illi l-Qorti iddikjarat bħala null id-deal tal-isptarijiet… Robert Abela għażel li jibqa’ jaqbeż għal din il-kumpanija barranija, u ma ta l-ebda soluzzjoni biex pajjiżna jieħu l-miljuni lura li nsterqu mill-kuntratt li sar bejn il-Gvern u Steward Healthcare.

“Fid-diskors li kelli fil-Parlament elenkajt il-fatti kif inhuma,” qal Abela. “Il-fatti ta’ fejn Steward, b’mod evidenti m’onoratx il-konċessjoni, wettqgħet biss parti mill-investiment.”

Mistoqsi dwar il-bżonn ta’ riforma fil-Korp tal-Pulizija, Abela qal li l-Korp tal-Pulizija huwa verament b’saħħtu… anke minkejja li fl-aħħar ġimgħat rajna nuqqasijiet kbar hekk kif il-Kummissarju rrifjuta u għadu s’issa jirrifjuta li jinvestiga persuni fil-poter li allegatament huma mċapsin mal-kriminalità.

“Saħħaħna l-Korp tal-Pulizija, u rajna li jkollna Kummissarju tal-Pulizija ġdid,” qal Abela. “Hemmhekk telqet riforma fi ħdan tal-Korp tal-Pulizija u r-riżultati qegħdin hemm. Il-fiduċja mill-poplu reġgħet issaħħet.”

Abela ġie mistoqsi wkoll dwar il-kriżi tal-għoli tal-ħajja, kriżi li qed iġġib lill-Maltin u l-Għawdxi għarkubtejhom, ma jafux kif se jirnexxilhom ilaħqu sal-aħħar tax-xahar… iżda l-Prim Ministru fl-ebda mument ma ta soluzzjoni għal dan.

“Jekk tgħid li ma jeżisti l-effett tal-inflazzjoni ngħidlek mhux vera,” qal Abela. “In-nies qed iħossuh.”

Robert Abela tkellem ukoll dwar il-każ tal-pompa tal-petrol li qed tkun proposta li ssir fi Ġnien il-Kunsill tal-Ewropa, fil-Gżira… fejn hawnhekk ma ċaħadx il-fatt li din se tkun qed issir minkejja oppożizzjoni ta’ residenti u saħansitra esponenti tal-Partit Laburista.