Futbol Sport

Aħbar tajba għal Chiesa, l-ebda problemi f’irkopptu

(Ritratt: EPA)

Aħbar tajba għall-attakkant ta’ Juventus Federico Chiesa hekk kif jidher li m’għandu l-ebda problemi f’irkopptu wara li ħareġ fl-aħħar partita li Juventus lagħbu kontra Inter fis-Serie A b’konsegwenza li Chiesa ma kienx fl-iskwadra tat-tim nazzjonali Taljan ta’ Roberto Mancini.

Chiesa fl-aħħar jiem kien fl-Awstrija fejn sarulu numru ta’ testijiet fuq irkopptu. Jidher ukoll li l-winger Filip Kostic kellu jħalli lit-tim nazzjonali tiegħu wara li ħass xi uġiegħ.