Sport Sport Ieħor

Blackball: Bidu mill-aqwa mill-Maltin fl-EBA Nations Cup

It-tim nazzjonali tal-Blackball beda l-ewwel ġurnata ta’ logħob mill-EBA Nations Cup 2023 bl-aqwa mod possibbli meta ż-żewġ timijiet tal-Men’s u Seniors rebħu l-logħbiet kollha li lagħbu.

It-tim tal-Irġiel kellu żewġ rebħiet kontra Shetland 19-6 u kontra l-Olanda 16-9 filwaqt li s-Seniors kisbu riżultati pożittivi kontra Ġibilta’ 21-4 u Wales 15-10.

Sadanittant illum jibdew il-kompetizzjonijiet tas-Singles fejn hemm diversi plejers Maltin li se jaffaċċjaw oppożizzjoni barranija. Fl-istess waqt jispikka d-dwell bejn żewġ plejers Maltin hekk kif Claudio Cassar tela’ biex jilgħab kontra il-kompatrijott Johan Attard.

Dan hu l-programm ta’ logħob għal-lum it-Tnejn:

Clevion Micallef – Mark Bowen (Wales)

Claudio Cassar – Johan Attard

Mevrick Zammit – Morgan McIness (Skozja)

Gary Carr vs James Ramsay (Skozja)

Stephen Mangion – Luke Jowett (Awstralja)

Chris Demicoli – Rob Halt (Ingilterra)

Clint Grima – James Moran (Australja)

Conrad Catania – Ows Owen (Wales)

Lee Grima – Dale Land (Awstalja)

Antoine Aquilina – Robert Muxi (Katalunja)

Jesmond Schembri – Lenny Swan (Irlanda ta’ Fuq)

Owen Attard – Rebbieħ tal-ewwel round

Philip Gatt – Rebbieħ rebbieħ tal-ewwel round