Sport Sport Ieħor

Darts: It-tlieta ta’ fuq jirbħu kollha u jibqgħu jissieltu għar-rebħ tal-kampjonat

Il-kampjonat tad-darts 8-a-side jinsab f’fażi ferm interessanti hekk kif tliet timijiet qed jissieltu għar-rebħ tal-kampjonat.   

Fil-fatt Ħamrun Education, Floriana Ajax X Clean A u Ħamrun Bayern A kollha kisbu t-tliet punti mill-konfronti rispettivi tagħhom sabiex id-differenza bejniethom fil-klassifika hi biss ta’ żewġ punti.   

Il-leaders attwali Ħamrun Education għelbu lil Ħamrun Bayern B 7-1 b’Ħamrun Bayern A u Floriana Ajax  X Clean A li kisbu rebħiet identiċi ta’ 6-2 kontra Manchester Conquest Pub u Fgura Kenky rispettivament.   

Sliema Inter Darts Club irritornaw għar-rebħ wara li għelbu lil Top Gun Bar 5-3.  

Fit-tieni diviżjoni, iż-żewġ timijiet favoriti għall-promozzjoni Birżebbuġa Lions u PO’s Bar kollha rebħu l-logħbiet tagħhom bi skor simili ta’ 6-2 kontra Beland Żejtun u Cox Bar rispettivament.   

F’logħba ferm bilanċjata, Fgura Maypole u Floriana Ajax X Clean B ħadu punt kull wieħed fi draw ta’ 4-4.   

Fit-tielet diviżjoni, Żebbuġ Rangers issoprendew lil-leaders Birgu Boċċi Club hekk kif rebħulhom 5-3 b’Domus Żejtun li rreġistraw l-istess skor kontra Duke’s B.   

Mill-banda l-oħra, Duke’s A iddominaw il-konfront kontra Leah’s Bar tant li rebħu 7-1.   

KLASSIFIKA – L-EWWEL DIVIŻJONI  

Ħamrun Education 40, Floriana Ajax X Clean A 39, Ħamrun Bayern A 38, Fgura Kenky 31, Manchester Conquest Pub 19, Sliema Inter DC 14, Ħamrun Bayern B 9, Top Gun Bar 3.  

KLASSIFIKA – IT-TIENI DIVIŻJONI  

Birżebbuġa Lions 40, PO’s Bar 38, Beland Bull’s Eye 20, Floriana Ajax X Clean B 17, Fgura Maypole 12, Cox Bar 10, Mqabba tal-Ġilju 7  

KLASSIFIKA – IT-TIELET DIVIŻJONI  

Birgu Boċċi Club 36, Domus Żejtun 34, Żebbuġ Rangers 25, Duke’s A 26, Duke’s B 17, Mqabba FC 4, Leah’s Bar 1.