Internazzjonali

L-Istati Uniti: Sitta maqtula, inklużi tfal, waqt sparatura minn żagħżugħa fi skola

L-awtoritajiet fl-Istat ta’ Tennessee ikkonfermaw li talanqas sitt persuni – tlieta minnhom tfal – spiċċaw maqtula fi sparatura li seħħet fi skola fl-inħawi tal-belt ta’ Nashville.

Is-sitwazzjoni fl-iskola għadha ‘attiva’ iżda l-Pulizija kkonfermat li kienet qatlet lill-aggressur fuq il-post ftit tal-ħin wara l-isparatura.

F’dan il-każ, l-isparatura twettqet minn tfajla adolexxenti li kienet armata b’pistola u żewġ azzarini ‘ta’ tip militari’.

Fl-isparatura kien hemm anki diversi midruba, bl-iskop wara l-attakk jibqa’ mhux magħruf. Intant u filwaqt li fil-passat seħħew diversi inċidenti simili fl-Istati Uniti, huma ferm rari l-każi fejn in-nisa jew tfajliet ikunu responsabbli minn qtil tal-massa fuq din l-iskala u f’perjodu relattivament qasir.

L-aħħar rapporti qalu li t-tlett itfal vittmi kienu ttieħdu l-isptar biex ikunu trattati għall-feriti li ġarrbu waqt l-isparatura u fejn kienu dikjarati mejtin ftit tal-ħin wara.

Il-Pulizija, issa, qed jirreferu għal ‘zona kontinwament attiva’ fl-iskola, fis-sens li s-sigurtà fl-inħawi għadha mhix aċċertata mija-fil-mija.  Dan waqt li l-uffiċjali tal-liġi qed jeskortaw lill-istudenti ‘il hinn mill-iskola.

Il-Covenant School fejn seħħet l-isparatura hi skola Kristjana privata li jattendu varjetà ta’ studenti — minn età żgħira ħafna sas-sitt sena skolastika.