Lokali

Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira tat-tfal madwar it-toroq tal-Imsida

Fil-Ġimgħa l-Kbira se tkun qed issir purċissjoni tat-tfal madwar it-toroq tal-Imsida.

L-Għaqda Melita Banda San Ġużepp se tkun qed takkumpanja din il-purċissjoni permezz ta’ daqq ta’ marċi funebri.

It-tfal tal-iskejjel primarji tal-Imsida Kulleġġ Santa Teresa u ta’ St. Francis se jkunu qed jipparteċipaw u jerfgħu l-vari f’din il-purċissjoni.

Il-purċissjoni tibda fl-10:30am mill-Kappella tal-Immakulata Kunċizzjoni.