Futbol Sport

Rebħiet għall-Olanda, Franza u l-Iżvezja

(Ritratt: EPA)

Fi Grupp B, l-Olanda rkupraw mid-disfatta kontra Franza b’rebħa ta’ 3-0 fuq Ġibiltà. Memphis Depay poġġa lill-Olanda fil-vantaġġ wara 23 minuta biex mbagħad dopjetta tad-difensur Nathan Akè fil-50 u fit-82 minuta aċċertaw minn rebħa komda għall-Olanda. Lejn it-tmiem, Ġibiltà temmew bi player anqas meta tkeċċa Liam Walker.

Franza tħabtu mhux ftit biex għelbu lill-Irlanda bl-iskor ta’ 1-0. Il-gowl li ddeċieda din il-partita kien skorja fil-50 minuta permezz ta’ Benjamin Pavard.

Fi Grupp E, rebħa importanti għall-Polonja bl-iskor ta’ 1-0 fuq l-Albanija bil-gowl deċiżiv ikun skorjat minn Karol Swiderski. F’partita oħra mill-istess grupp, draw ta’ mingħajr gowls bejn il-Moldova u r-Repubblika Ċeka.

Minn Grupp F, tispikka r-rebħa kbira ta’ 5-0 li l-Iżvezja kisbu fuq l-Azerbaijan, bil-gowls tal-Iżvezja jkunu skorjati minn Emil Forsberg, awto-gowl ta’ Bahlul Mustafazada, Viktor Gyokeres, Jesper Karlsson u Anthony Elanga. F’partita oħra, l-Awstrija għelbu lil Estonja bl-iskor ta’ 2-1.

Fi Grupp G, l-Ungerija kisbu rebħa komda ta’ 3-0 kontra l-Ungerija filwaqt li s-Serbja għelbu lill-ġirien tagħhom, il-Montenegro bl-iskor ta’ 2-0.