Futbol Sport

Tintemm l-avventura ta’ Conte ma’ Tottenham Hotspur

(Ritratt: EPA)

Tottenham Hotspur u Antonio Conte waslu fi qbil biex wara 16-il xahar fit-tmexxija, l-eks kowċ tat-tim Nazzjonali Taljan iħalli l-kariga tiegħu. Wara l-aħħar partita kontra Southampton, li spiċċat fi draw ta’ 3-3, Conte kritika lill-plejers tiegħu fejn qal li ħafna minnhom huma ‘egoisti’ u li mhux jara team magħqud.

Il-club minn Londra qal li Cristian Stellini se jkun qed jieħu t-team f’idu sa tiem l-istaġun b’Ryan Mason se jkun l-assistent tiegħu.