F’Malta, bħal pajjiżi Eworpej oħrajn, naraw ħafna żgħażagħ jipparteċipaw fid-demokrazija biex jiffurmaw il-futur li jixtiequ. Iżda ċertu żgħażagħ xorta iħossuhom aljenati u jħossu li m’għandhomx sapport mingħand sħabhom. Din l-aljenazzjoni tikkawza opportunitajiet limitati għaċ-ċittadinanza attiva taż-żgħażagħ li huma inqas rappreżentati.
Il-proġett ta’ Friends of the Earth Malta (FoEM) u Generation (Change?) ipproponew il-kreazzjoni ta’ ċentru għaż- żgħażagħ, post edukattiv informali li jista’ jiġi kkunsidrat bħala mikrokożmu tas-soċjeta’. Kull nhar ta’ Ħamis bejn il-5pm u t-8pm, żgħażagħ ta’ abilitajiet differenti li ġejjin mis-sferi differenti mis-soċjeta’, jistgħu jiltaqgħu fiċ-ċentru tar-riżorsi ħodra tal-FoEM biex jissoċjalizzaw u jipparteċipaw f’attivitajiet differenti li huma immirati fuq għarfien ambjentali u żvilupp personali.
Dawn iż-żgħażagħ huma involuti li joħolqu l-aġenda tagħhom, jibnu struttura demokratika, joħolqu spazju inkussiv, jiġġieldu l-inġustizzji, u jsolvu l-problemi li jaffaċjaw il-grupp – attivitajiet li minnhom infushom huma esperiment ta’ ċittadinanza attiva. Il-koordinatur tal-proġetti tal-għaqda Friends of the Earth Malta qalet li b’dan, jixtiequ jipprovdu pjattaforma għal demokrazija iżjed inklussiva u iżjed involviment ċiviku taż-żgħażagħ f’dak li għandu x’jaqsam mat-teħid tad-deċiżjonijiet billi joħolqu struttura għall-involviment taż-żgħażagħ emarġinati f’kooperazzjoni intersezzjonali għall-iżvilupp ta’ azzjonijiet konġunti lejn futur soċjalment u ekoloġikament ġust.
Chris Mizzi, wieħed mill-fundaturi ta’ Generation (Change?) qal li dan il-proġett hu ta’ benefiċċju għax tintroduċi metodoloġija ta’ ħidma għaż-żgħażagħ f’NGO ambjentali. Il-ħaddiema ta’ maż-żgħażagħ ta’ Generation (Change?) jagħtu sapport liż-żgħażagħ biex matul il-proġett huma jsaħħu ż-żvilupp personali tagħhom, biex jintegraw b’mod soċjali u bies isiru ċittadini iżjed attivi. Dan iċ-ċentru ser joffri post sigur fejn iż-żgħażagħ jistgħu jiltaqgħu u jkunu ġenwini, jipprovaw affarijiet ġodda, u jiġu mħeġġa biex jaħsbu b’mod kritiku dwar is-soċjeta’ ta’ madwarhom u dwar il-problemi li jaffaċjaw kemm huma bħala żgħażagħ, kif ukoll is-soċjeta’.
Bħalissa ż-żewġ organizzazzjonijiet flimkien maż-żgħażagħ involuti qed ifittxu mezzi biex ikabbru l-Youth Hub u jesploraw modi kif ser ikabbruħ u jiżviluppawh. Huma jilqgħu lil kull min hu nteressat jingħaqad f’dan il-proġett u li jisxtiequ jkomplu fuqhu.
//= $special ?>