Il-BSJ Cycling Time Trial, imtella’ minn Birkirkara St. Joseph Sports Club, taħt l-awspiċji tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu u appoġġjata mill-Kunsill Reġjonali tal-Lvant, laqgħet numru tajjeb ta’ċiklisti li jirrappreżentaw lill-klabbs lokali kollha.
It-time trial, li saret f’kundizzjonijiet tat-temp perfetti, saret fi Fleur-de-Lys fuq cirkwit ta’ 2.5km.
Is-sekwenza tal-bidu, li rat iċ-ċiklisti jitilqu fil-minuta, rat kategoriji it-time trial mibdija miċ-ċiklisti tal-Under 14, segwiti mill-katergoriji tan-Nisa, Masters 50+, Masters 40+, Juniors u Elite.
Il-kategorija Eelite rat podju kollu tat-Team Greens b’Clive Ebejer jirbaħ il-Kategorija, sitt sekondi biss qabel sieħbu Etienne Cutajar. Fit-tielet post kien il-veteran Etienne Bonello, li spiċċa disa’ sekondi wara Ebejer.
It-tiġrija tan-Nisa ntrebħet minn Krista Kuusijarvi (Birkirkara St. Joseph) li kisbet vantaġġ ta’ minuta 49 sekonda fuq Michelle Vella Wood (Team Greens) li spċċat fit-tieni post. Ftit wara Vella Wood kien hemm Fiona Tedesco (Mosta Cycling Club) li għamlet id-debuttat tagħha fit-time trial.
Ir-rebbieħa tat-trofew tal-Kategorija tal-Gruppi ta’ Età kienu jinkludu lil Luke Borg (The Cyclist) – Taħt it-23; Kevin Muscat (Mosta Cycling Club) – Masters 50+; Luis Joaquin Rojas Guzman (Team Greens) – Masters 40+; Kristina Spiteri (The Cyclist)- Juniors Nisa; Liam Daly (Shamrock Stars) – Taħt l-14-il sena; Zija Fuji (Shamrock Stars)- Taħt l-14-il sena; Ryan Gatt (The Cyclist) Irġiel Taħt is-16-il M; Roanna Farrugia (Agones SFC) – NisaTaħt is-16-il
L-avveniment kien jinkludi tellieqa qasira għaċ- ċiklisti ta’ taħt it-12-il sena, li bdew kollha flimkien fuq ir-rotta qasira qabel bdiet it-time trial. L-ewwel fil-kategoriji rispettivi tagħhom spiċċaw iċ-ċiklisti ta’ Shamrock Stars Kai Debono u Nina Debono.
It-trofej lir-rebbieħa ġew ippreżentati mis-Sur Anthony Chircop, President tal-Kunsill Reġjonali tal-Lvant, li kienu qed jappoġġjaw dan l-avveniment.
Il-Klabb esprima l-gratitudni tiegħu lill-Kunsill Reġjonali tal-Lvant, lill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara, lil Transport Malta u lill-Clubs parteċipanti kollha għall-appoġġ tagħhom.
L-attività li jmiss tal-Club se tkun Sprint Triathlon, skedata li ssir nhar il-Ħadd 2 ta’ April fi Triq il-Kosta tas-Salina. Is-sewwieqa huma avżati li t-traffiku fid-direzzjoni minn Baħar iċ-Ċagħaq għal Pembroke se jkun magħluq bejn is-7:30am sad-9:30am ta’ filgħodu.
//= $special ?>