Għaxar sajjieda nhar il-Ħadd ikkompetew fit-tieni Singles Match tal-istaġun 2023 li saret f’Birżebbuġa. Clayton Camilleri ġie fl-ewwel post wara li qabad kwantità abbundanti ta’ ħut żgħir, b’piż ta’ 2.07 kg.
Kien ta’ sodisfazzjon li wieħed jinnota li t-tieni post b’1.19 Kg mar għal wieħed mill-membri l-ġodda tal-klabb Chris Aquilina, li għamel progress kbir minn meta ngħaqad mal-klubb is-sena l-oħra.
Fit-tielet post spiċċa Roderick Coleiro b’ 1.05kgs ta’ ħut.
Il-ħut kollu nħeles ħaj wara li ntiżen fi tmiem il-kompetizzjoni.
Is-sajda li jmiss tal-KSFA, li ser tkun it-tielet kompetizzjoni tas-Singles, se ssir nhar il-Ħadd 2 ta’ April

