Lokali Parlament

Il-Mellieħa m’għadhiex lokal ta’ eċċellenza

Robert Cutajar, PN

Il-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar qal fl-Aġġornament tal-parlament li l-Mellieħa m’għadhiex lokal ta’ eċċellenza kif kienet fi żmien Gvern Nazzjonalista.

Robert Cutajar tkellem dwar il-Mellieħa u qal li fl-2009 meta kien Sindku tal-lokal, il-Mellieħa saret destinazzjoni ta’ eċċellenza fl-UE. Hu kompla li dan l-unur kien sostnut iżda llum, wara 13-il sena, ir-residenti mhux jgħixu f’destinazzjoni ta’ eċċellenza.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li llum il-Mellieħa m’għadhiex destinazzjoni ta’ eċċellenza propju għaliex fil-qalba tal-lokal minħabba trabijiet kbar li hemm fiż-żona minn xogħlijiet li qed jagħmel il-kuntrattur li qed iħalli toroq miftuħin u bollards maqlubin.

Id-deputat Nazzjonalista semma’ l-Għadira u qal li llum din tinsabf’sitwazzjoni diffiċli meta fi żmien Gvern Nazzjonalista l-Għadira saret Blue Flag. Mhux aċċettabbli li x-xogħlijiet li ilhom iktar minn sena u nofs issa mhux se jitlestew fil-ħin.

Hu semma’ l-Pjazza tal-Mellieħa u qal li għandu jsir pjan għaliex issa din ilha xhur maqlugħa b’detriment għall-komunità tal-Mellieħa. Ma sarux pjani għal dan il-proġett, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li fil-Mellieħa hemm diversi toroq oħra maqlugħa fosthom dawk li jużaw il-bdiewa.

Hu qal li hemm problemi kbar f’Selmun fejn l-għelieqi li ttieħdu lura llum jinsabu abbandunati. Għal dan il-proġett hemm fondi Ewropej li l-pajjiż hu marbut bihom.

Id-deputat Nazzjonalista kompla l-Park tal-Familja jinsab traskurat u sostna li l-parkeġġ tal-iskola tal-Mellieħa għadu ma twettaqx.