Hekk kif is-settur tat-tekonoloġija qiegħed dejjem jevolvi, hemm bżonn li jsir iktar investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni… u din hija l-politika li jrid ikompli jimbotta l-Partit Nazzjonalista.
It-Tlieta filgħodu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech żar il-kumpanija HandsOn Systems li tinsab il-Mosta Technopark… kumpanija li tissupplixxi apparat ta’ tracking lil diversi kumpanija lokali u anke internazzjonali.
“Kelli l-opportunità nara handson lil din il-kumpanija li toffri diversi soluzzjonijet sabiex wieħed ikun jista’ jtejjeb il-preżenza tiegħu, l-apparat tiegħu, il-mod ta’ kif ikun qiegħed jopera… li huma sistema li jistgħu jintużaqw kemm f’postijiet pubbliċi, kemm għal kumpanijia privati, kemm għal min ikun qiegħed jesporta. Kemm allura wkoll fuq persuni u prodotti.”
Mal-wasla tiegħu Bernard Grech intlaqa’ mill-Projects Manager ta’ din il-kumpanija Luke Muscat fejn kellu l-okkażjoni li jiltaqa’ ma’ numru ta’ ħaddiema li jaħdmu ma’ din il-kumpanija.
Saħaq li bħala Partit huwa importanti li jkompli jiltaqa’ ma’ dawk li qed jinvestu fir-riċerka u l-innovazzjoni għax din hija l-politika li l-Partit Nazzjonalsita jrid ikompli jimbotta. Dan għaliex l-opportunitajiet li hemm madwar id-dinja f’dan is-settur huma kbar.
“Irridu nibdew inħarsu verament bi pjan u b’mod determinat ta’ kif nistgħu ngħinu mhux biss lill-industriji differenti imma wkoll lil min ikun qiegħed jinvesti fil-pajjiż biex ikun iktar effiċjenti.”
Il-Kap tal-PN fakkar kif hu dejjem saħaq fuq iktar investiment f’setturi li joħolqu niċeċ ġodda f’pajjizna.
“Meta tkellimna fuq għaxar setturi ekonomiċi s-sena l-oħra konna qed naraw il-possibbiltà li l-ekonomija f’pajjiżna tikber mingħajr ma nagħmlu ħsara lill-ambjent, mingħajr ma jkollna aktar kostruzzjoni li m’għandniex bżonn. Il-pjan irird ikun ċar u allura l-pjan politiku tagħna jibqa’ li nkomplu nħarsu lejn dawn il-possibbiltajiet u nieħu pjaċir nara li kumpaniji serji bħal dawn, qegħdin fil-fatt ikunu huma stess id-driving force biex ikun hemm din il-bidla. Aħna bħala partit nieħdu pjaċir b’din il-bidla u rridu nkomplu nagħmluha attwali fuq livell nazzjonali.“
Bernard Grech qal li fil-programm elettorali, il-Partit Nazzjonalista dejjem enfasizza l-importanza ta’ iktar investiment f’dan is-settur.
“L-internet of things huwa wieħed mill-modi fejn aħna nemmnu li hemm oppotunitajiet kbar għal dan il-pajjiż. Dan huwa llum fid-dinja, pero f’dan il-pajjiż sfortunatament għad m’hemmx l-aptit politiku mill-Gvern preżenti biex jimbotta u jinvesti u jinċentinva ħalli verament ikun hemm dan l-iżvilupp neċessarju ħalli nkunu poplu aktar effiċjenti.”
Għal din iż-żjara, preżenti mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien hemm id-Deputati Adrian Delia u Ivan Bartolo.
//= $special ?>