Internazzjonali

Il-Portugall: Terrur f’Lisbona…Jinqatlu f’ċentru reliġjuż għall-Musulmani

Żewġ nisa spiċċaw attakkati u maqtula b’daqqiet ta’ sikkina waqt li kienu f’ċentru reliġjuż għall-Musulmani f’ Lisbona.

L-attakk seħħ fiċ-Ċentru ta’ Ismaili, fiz-zona tal-kapitali magħrufa bħala Avenida Lusíada – bl-aggressur issuspettat jispiċċa arrestat mill-puliizja wara li spiċċa ferut minn tir f’saqajh.

Il-Pulizija anki elevaw sikkina kbira li l-aggressur kien qed iżomm fuq persuntu u li x’aktarx intużat fl-omiċidju doppju. L-aggressur, wara, ittieħed l-isptar għall-kura u meta l-iskop wara l-attakk baqa’ mhux magħruf.

Jidher li l-ewwel pulizija li wieġbu għall-emerġenza fiċ-ċentru kienu talbu lill-aggressur biex ‘jieqaf mill-attakk’ iżda dan ma tax każ – bir-riżultat li l-pulizija kienu kostretti li jisparawlu. L-aggressur suspettat hu ta’ nisel Afgan waqt li ż-żewġ vittmi huma ċittadini Portugiżi.