Għawdex Lokali

It-tielet edizzjoni ta’ ‘Is-Salib, Ġesù u Int’

Wara l-ewwel żewġ edizzjonijiet li kienu ta’ suċċess kbir ta dawn l-installazjonijiet għal żmien il festi tal-Għid bl-isem, “Is-Salib Gesu u Int” qed jippreżentaw it-tielet edizzjoni.

L-idea ta’ din l-installazzjoni hija li tingħaqad ir-realtà kif ukoll is-sitwazzjoni li qed ngħixu bħalissa ma’ dan iż-żmien tar-Randan, fejn infakkru kif Ġesù bil-passjoni u l-mewt tiegħu, ħafrilna dnubietna. Din s sena se tkun iddedikata lil dawk kollha li b’xi mod għaddejjin minn żmien diffiċli li jista jkun taħt sitwazzjonijiet differenti.

Il-proġett ta’ din s-sena se jkun jikkonsisti f ‘salib kbir għoli madwar 28 metru u wiesa 10 metri. Is-salib magħmul minn strutura tal-ħadid miksija bl-injam li huwa kważi kollu reċiklat. Is salib waħdu jiżen 8 tunnellati ta’ ħadid u l-injam miegħu għandu madwar 850 bicca injam filwaqt li ntużaw ‘il fuq min 2500 vit.

Fil-bażi ta isfel wieħed jista’ isib Via Crucis oriġinali li tirrifletti il-ħajja tal-illum.

Din l-installazzjoni qed issir bl-appoġġ sħiħ tal-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem, bil-kollaborazzjoni, tal-Parroċċa. ,l-Għaqda Drammatika kif ukoll l-Għaqda tal-Armar .

Bħal dejjem l-idea u l-ħsieb huma ta Franco Ciangura bl-id il-leminija ta’ Joseph Ciantar bl-għajnuna minn diversi familji.

Din l-installazzjoni se tibqa’ sejra sas-16 ta’ April li ġej.