Basketball Sport

Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa: Starlites FIJO jibdew il-play-offs b’rebħa

Colin Schembri

Starlites FIJO………..72

ARMS Depiro……….52

(15-15)(25-5)(17-17)(15-15)

Kif ġara fl-erba’ partiti ta’ qabel, Starlites FIJO reġgħu għelbu lil ARMS Depiro 72-52 biex bdew is-semi-finali tal-play-offs bir-rebħ. Starlites kienu dominanti fit-tieni sessjoni u dan kien biżżejjed għalijhom hekk kif it-tlett sessjonijiet l-oħra spiċċaw f’parita. Kienu Depiro li kellhom l-aħjar bidu hekk kif kellhom il-punti minn Casey Samuels u r-risposta ta’ Starlites bdiet tasal biss mill-free-throw line. Depiro kellhom trippla oħra minn Leanne Duncan però Starlites wieġbu bil-punti ta’ Amelia Simmons u trippla ta’ Steffi De Martino għal skor ta’ 15-15. Fit-tieni taqsima, l-partita nbidlet hekk kif Starlites ħallew lil Depiro fuq ħames punti biss, kollha minn Samuels. Huma bdew bi 8 punti mingħajr risposta qabel ma Samuels għamlet trippla għal Depiro. Wara li Simmons għamlet żewġ baskets għal Starlites, Samuels għamlet l-aħħar punti ta’ Depiro għal skor ta’ 28-20. Minn hawn ‘l quddiem kien hemm biss punti ta’ Starlites f’run ta’ 12-0 minn Steffi De Martino, Simmons, Christina Curmi u Michela Zammit Cordina għal skor ta’ 40-20.

Wara l-intervall, Starlites fetħu b’żewġ trippli minn Zammit Cordina u Mikela Riolo biex kabbru l-vantaġġ għal 26 punt 50-24. Depiro kellhom mument tajjeb bi break ta’ 13-2 li bdewh bi trippla ta’ Duncan bil-bqija tal-punti jaslu kollha minn Samuels. Starlites għalqu t-taqsima b’ħames punti ta’ De Martino fosthom trippla għal skor ta’ 57-37. Fl-aħħar perjodu kien hemm fost l-oħrajn it-trippli ta’ Starlites minn De Martino u Simmons biex huma baqgħu fil-kontroll tal-partita. Depiro għamlu l-aħħar seba’ punti tal-partita però kienu Starlites li ħarġu rebbieħa 72-52.

Starlites FIJO: M. Zammit Cordina 9, M. Riolo 7, A. Saliba, M. Sciberras, M. Bonett 4, S. De Martino 24, M. Fenech 1, A. Simmons 21, C. Cilia, K. Mifsud, S. Davies 2, C. Curmi 4.

ARMS Depiro: Ni. Agius 2, J. Xerri, J. Mallia, L. Duncan 8, C. Ciantar 4, C. Samuels 32, J. Borg 6, M. Micallef, N. Borg, C. Fenech, L. Camilleri, J. Magri 3.

Referees: Bernard Vassallo, Daniella Torok, Julie Londono