Sport Waterpolo

Kampjonat tax-xitwa: Sirens jirritornaw għar-rebħ … it-tieni rebħa għal Ta’ Xbiex u Marsaskala fl-Ewwel Diviżjoni

(Ritratt: Joseph Galea)

Stewart Said

SIRENS……………………… 14

EXILES WELBEE’S….. 10

(2-2), (4-2), (3-3), (5-3)

Konfront bejn dawn iż-żewġ timijiet dejjem ikun interessanti. Din id-darba r-rebħa marret għand Sirens. Rebħa li fissret l-ewwel waħda għal Sirens fil-Kampjonat Premier.

Wara li wieġbu darbtejn għall-gowls tal-avversarji, Sirens marru fil-vantaġġ fit-tieni sessjoni. Exiles naqqsu d-distakk għal 6-5 fil-bidu tat-tielet sessjoni u baqgħu bi żvantaġġ ta’ żewġ gowls fil-bidu tal-aħħar sessjoni. Sa tliet minuti minn tmiem il-logħba, id-distakk kien ta’ tliet gowls, b’Sirens jaċċertaw mir-rebħa bil-gowl ta’ Matthew Sciberras, b’Sirens anki jtemmu l-logħba b’vantaġġ ta’ erba’ gowls.

Sirens: T. Perici Ferrante, K. Erdogan (1), J. Cachia (1), J. Zerafa Gregory (2), G. Farrugia (3), M. Chircop (5), W. Ruggier, G. Sammut, M. Cutajar, M. Sciberras (2), M. Bonello Dupuis, K. Agius

Exiles: M. Castillo, Z. Cutajar Licari, M. Paris Roding, A. Farrugia, M. Martellacci (1), S. Xerri de Caro (1), M. Fenech (2), K. Griscti (5), N. Paris, D. Fenech, M. Aquilina, N. Saliba (1), J. Bonello, N. Burlin, L. Pursehouse

Referees: Massimo Angileri, Alex de Raffaele

MARSASKALA ESC…….……… 16

MARSAXLOKK BROWN’S…… 5

(4-1), (5-2), (3-1), (4-1)

Rebħa mingħajr diffikultà għal Marsaskala ESC li b’hekk kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva fl-Ewwel Diviżjoni. Ironikament kienu Marsaxlokk li fetħu l-iskor lejn nofs l-ewwel sessjoni permezz ta’ Ben Zammit. Iżda malli ħadu l-vantaġġ, Marsaskala ma tilfuh qatt.

Sa kważi nofs it-tieni sessjoni, huma diġà kellhom vantaġġ komdu ta’ 8-1, distakk li kien għamilha diffiċli għaż-żgħażagħ ta’ Marsaxlokk biex jirkupraw. Marsaskala komplew jikkontrollaw iż-żewġ sessjonijiet ta’ wara hekk kif anki ma ppermettewx lill-avversarji jkollhom sitwazzjonijiet ta’ superjorità numerika f’dan il-perjodu.

Marsaskala: J. Micallef, E. Bilgrin, G. Galea (1), P. Privitera (1), R. Greco (1), J. Pace Mizzi (2), K. Navarro, D. Tully (2), D. Pace Lupi (1), G. Sammut (1), J. Ciantar (3), M. Carani (4), A. Muscat, A. Buhagiar, M. Agius

Marsaxlokk: S. Mifsud, D. Cordina, B. Zammit (1), M. Aquilina, E. Bonnici, J. Valletta, M. Farrugia, J. Pawley, R. Scerri, C. Cutajar (1), J. Borg Tabone, S. Mifsud, M. Brimmer, A. Aquilina (2), G. Gatt (1)

Referees: Peter Balzan, Stefan Licari

BIRŻEBBUĠA FREEPORT…….. 8

TA’ XBIEX AMIGOS………………. 9

(4-4), (3-2), (1-2), (0-1)

Ta’ Xbiex kisbu rebħa importanti kontra Birżebbuġa Freeport. Konfront bilanċjat, bit-tim ta’ Stephen Rizzo rnexxielu jibqa’ fil-logħba. L-ewwel sessjoni kienet movimentata, b’Ta’ Xbiex bnew vantaġġ doppju sakemm Birżebbuġa dawru r-riżultat.

Ta’ Xbiex bdew iwieġbu wara l-gowls tal-avversarji iżda ma reġgħu marru minn fuq tul it-tieni sessjoni. Doppjetta ta’ Jacob Saliba fit-tielet sessjoni tat vantaġġ ta’ 8-7 lil Ta’ Xbiex iżda Ben Grech ġab id-draw. Kien gowl ieħor ta’ Saliba lejn nofs l-aħħar sessjoni li ddeċieda l-konfront.

Birżebbuġa: C. Borg, P. Borg (1), N. Cassar (2), B. Grech (2), K. Grech, N. Fenech, R. Spiteri, D. Farrugia, K. Tanti, G. Mannino (3), W. Mizzi, S. Livori, I. Galea, S. Bezzina

Ta’ Xbiex: M. Sladden, M. Bonnici (1), M. Manara (1), L. Grech Carr (1), L. Falzon (1), L. Montebello Brownrigg (1), J. Saliba (4), J. Farrugia, L. Felice, J. Culic, Z. Bartolo, M. Curmi, I. Schembri, R. Mock

Referees: Richard Magri, Ronnie Spiteri

Logħob li jmiss

Għada

L-Erbgħa:

Otters v Barracudas         6.00pm

Kampjonat Premier

Neptunes v Valletta          7.05pm

San Ġiljan v Sliema          8.10pm