Lokali Parlament

Kull persuna għandha dritt jgħix kif tħoss

Carm Mifsud Bonnici, PN

Id-deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici qal fil-parlament li kull persuna għandha dritt jgħix kif hu jħoss li hu sew bla ma jkun influwenzat minn ħaddieħor. Hu sostna li kull persuna għandha tgħix kif tixtieq sakemm ma tidħolx fl-illegalità.

Kull persuna għandha tħossha aċċetta fis-soċjetà għax kull persuna kienet maħluqa biex tagħmel is-sewwa fis-soċjetà.

Kull persuna għandha dritt tintervejni fis-soċjetà, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li dawn il-persuni m’għandhom xejn differenti minn ħaddieħor.

Il-libertà hi fundamentali fil-liġi bla libertinaġġ iżda ħadd m’għandu jkun taħt pressjoni inutli u żbaljata f’dak li jaħseb u ma jaħsibx.