Attivitá inklussiva kif ukoll edukattiva mimlija kreattivitá fejn l-istudenti tal-primarja li jattendu San Andrea kellhom l-opportunita jitgħallmu u jieħdu pjaċir.
Din hija l-atmosfera li spikkat waqt l-open day fl-iskola San Andrea fl-Imġarr fejn l-istudenti flimkien mal-għalliema tagħhom ħolqu workshops differenti sabiex l-istudenti u l-ġenituri jqattgħu aktar ħin flimkien.
Din l-attivita ilha ssir għal diversi snin imma din hija l-ewwel sena li qed issir b’dan il-mod wara l-pandemija.
Net News tkellem mal-organizzatur ta’ din l-attivita Marco Calleja li spejgalna għalfejn din l-inizjattiva hija tant importanti fil-kalendarju tal-iskola San Andrea. Huwa qal li dan huwa festival ta’ edukazzjoni fejn l-istudenti jitgħallmu ħafna affarijiet ġodda filwaqt li jistgħu jsaqsu mal-ewwel waqt id-dimostranti li hemm waqt din l-open day.
Barra minn hekk, fil-bitħa tal-iskola l-istudenti kellhom l-opportunita’ li jaraw il-mezzi differenti tat-trasport tal-Pulizija fosthom iż-żwiemel, ir-roti kif ukoll kellhom iċ-ċans li jitilgħu f’karozza tal-Pulizija.
Proġett interessanti li spikka kien minn grupp ta’ studenti illi ħolqu ajruport f’żona tal-iskola fejn l-istudenti kienu l-ħaddiema li joperaw dan l-ajruport kif ukoll itajjru l-ajruplan. Dan filwaqt li l-ġenituri kienu l-passieġġieri li jaqbdu titjira.
Minn naħa l-oħra, l-istudenti tas-sitt sena tal-iskola primarja kellhom it-tema tal-vikingi fejn ħolqu diversi proġetti kif ukoll wettqu riċerka sabiex jitgħallmu aktar dwar dan il-perjodu.
Dan filwaqt li l-kumplament tal-iskola primarja kellhom it-tema ta’ mezzi differenti ta’ trasport madwar id-dinja bi proġetti mill-aktar kreattivi f’diversi klassijiet.
//= $special ?>