Kurżitajiet Lokali

PROFILI: “Ħadt il-wire, waqajt fuq dahri, indur u nara 4,000 ruħ jidħqu” – Gianni Zammit

Illejla fil-programm PROFILI l-mistieden huwa Gianni Zammit. Ir-rakkont tat-tfulija u ż-żgħożija tal-profil se jġibu tbissima fuq fommna, fejn pass pass se nibdew naraw il-kisbiet ta’ Gianni li sa issa wettaq.

Fir-rakkont l-umoriżmu mhux se jieqaf, bil-karattru ferrieħi ta’ Gianni Zammit iġib sentiment allegruż matul l-intervista.

PROFILI fuq NET TV, illejla fit-8.30pm bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul.