Sport Sport Ieħor

Qdif: Dgħajjes ġodda għall-UM Rowing Club

Il-klabb tal-qdif fl-Università ta’ Malta “UM Rowing Club” varaw erba’ “quads” dgħajjes għal erba’ qaddiefa u coxwain kif wkoll erba’ “doubles” dgħajjes għal żewġ qaddiefa. Dawn huma l-ewwel dgħajjes tax-xorta tagħhom f’Malta u se jgħinu lill-klabb fit-tħejjijiet għall-World Rowing Tour b’kollaborazzjoni mal-World Rowing Federation.

Dawn id-dgħajjes huma investiment ta’ €70,000 li parti minnhom ingħataw mill-Fond ta’ Kawżi Socjali flimkien ma’ appoġġ mill-Bank Centrali ta’ Malta li dwaru għamel wkoll aċċenn il-Gvernatur tal-Bank, il-Prof.Edward Scicluna filwaqt dwar ir-rabta tal-istudenti universitaji u s-settur sportiv għamel wkoll aċċenn ir-Rettur tal-Universita’ l-Prof. Alfred Vella.

Rebekah Caruana, President tal-Malta Rowing Club tal-Università għamlet enfażi, li flimkien mal-World Rowing Tour li se ssir fl-ewwel ħmistax ta’ April, se ssir ukoll l-ewwel edizzjoni tal ANZAC Beach Sprint Competition, fejn għoxrin qaddief żagħżugħ minn New Zealand u l-Awstralja flimkien ma’ qaddiefa Maltin se jieħdu sehem.