Lokali

“Robert Abela għandu jieħu passi kontra Rosianne Cutajar” – Repubblika

Il-Prim Ministru Robert Abela ma jistax jibqa’ ċass quddiem l-imġieba tad-Deputat Parlamentari Rosianne Cutajar.
Għalkemm diġà għaddiet ġimgħa minn meta Mark Camilleri ippublika dak li għadda bejn Rosianne Cutajar  u l-persuna akkużata bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, il-Prim Ministru għadu ma ħa l-ebda azzjoni.  Anzi qal li Rosianne Cutajar diġà ħallset ta’ għemilha.

Repubblika tqis li sitwazzjoni bħal din mhix aċċettabli f’pajjiż demokratiku fejn kull min għandu s-setgħa jrid jagħti kont ta’ għemilu.

Fl-istqarrija Repubblika qalet li rajna s’issa kien li l-Avukat Ġenerali u l-Pulizija bdew jieħdu passi kontra min kixef dan il-ħmieġ.

Nistennew li ladarba Rosianne Cutajar għadha tqis li l-imġieba tagħha ma fiha xejn ħażin, il-Prim Ministru Abela bħala l-Kap tal-partit tagħha għandu:

  • jiddikjara li ma jaqbilx mal-imġeba tal-Onorevoli Cutajar
  • jiddissoċja ruħu u lill-partit tiegħu mill-imġieba tagħha
  • jiżgura li jibdew u jsiru investigazzjonijiet bis-serjetà dwar dak li joħroġ mill-iskambji li ppubblika Mark Camilleri.