Lokali

Vettura tieħu n-nar f’Birkirkara

Ħadd ma weġġa’ meta dalgħodu vettura ħadet in-nar fi Triq in-Naxxar, f’Birkirkara.

Il-każ jidher li seħħ għall-ħabta tal-10:20am, meta f’dak il-ħin il-vettura tal-għamla Ford Transit ħadet in-nar. Mal-ewwel waslu fil-post uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jikkontrollaw in-nirien. Waslu wkoll uffiċjali tal-Pulizija. Il-vettura kienet ipparkjata fil-ħin li ħadet in-nar.