Sport Sport Ieħor

Blackball – EBA Nations Cup 2023: It-tim tal-Men’s jirbaħ tlieta minn tlieta

Iż-żewġ timijiet Maltin li qed jikkompetu fl-European Blackball Association Nations Cup fi Bridlington kellhom riżultati pożittivi fit-tielet ġurnata ta’ kompetizzjoni.

Fil-Men’s, Malta kisbet tliet rebħiet minn daqstant logħbiet meta għelbet 19-6 lil Ġibiltà, 20-5 lil-Messiku u lill-Afrika t’Isfel 19-6.

Fis-Seniors, il-Maltin kellhom rebħa u telfa fejn wara li għelbu lill-Katalunja 16-4, tilfu 15-10 kontra l-Iskozja.
Sadanittant fit-tielet round tas-Senior Singles, Lee Grima tilef kontra Gordy Bird ta’ Wales 5-3.

Illum il-kompetizzjoni tkompli bil-fażi tal-gruppi fejn fil-Men’s, Malta kontra l-Belġju, l-Awstralja u l-Ingilterra filwaqt li s-Seniors jilagħbu kontra l-Ingilterra, il-Belġju u l-Awstralja.

Filgħaxija jkunu fl-azzjoni wkoll Owen Amato u Stephen Mangion li jilagħbu fir-raba’ round tas-singles kontra Jamie Burnett tal-Iskożja u Ben Rodgers tal-Ingilterra rispettivament.