Lokali

CareMalta Group jippreżenta l-Quality Assurance Audit Awards

CareMalta Group ippreżenta l-Quality Assurance Audit Awards abbażi tas -sena ħidma 2022 lill-maniġers u l-istaff ta’ 9 faċilitajiet ta’ CareMalta u 3 idjar ta’ HILA, kumpanija li taqa’ taħt il-kappa ta’ CareMalta Group. L-awards li tqassmu din is-sena kienu kollha tad-deheb u fidda.

Permezz ta’ dawn l-awards it-tim ta’ tmexxija ta’ kull faċilità u dar jingħataw rikonoxximent għall-ħidma u d-dedikazzjoni tagħhom fis-servizz li joffru lir-residenti, klijenti u l-familja taghom. L-iskop ta’ dawn l-awards li ngħataw abbażi tas -sena ħidma 2022 hu sabiex is-servizz assesjat ikompli jitjieb u jeċċella.

Bħala kumpanija CareMalta Group tassigura li dejjem ikun hemm titjib u li l-istandard għoli ikun mifrux fil-faċilitajiet u d-djar kollha. L-eżerċizzju biex jingħataw dawn l-awards isir b’mod intern fejn l-operat kollu jiġi assesjat. L-operat jinkludi l-kura u l-mediċina, l-amministrazzjoni, s-saħħa u s-sigurtà, l-ikel, il-manutenzjoni, it-tindif u anke dak magħruf bħala front office.

L-awards tqassmu f’kull faċilità u dar, miċ-Chairperson ta’ Vassallo Group Natalie Briffa Farrugia, il-Każ Eżekuttiv ta’ Vassallo Group Pio Vassallo, il-Kap Eżekuttiv ta’ CareMalta Group James Sciriha u l-Kap tal-Operat ta’ CareMalta Group, Noel Borg.

Din is-sena CareMalta Group qed jiċċelebra t-30 Anniversarju, 30 sena ta’ suċċess fil-qasam tal-kura tas-saħħa għall-anzjani, 30 sena li matulhom ir-residenti dejjem kienu fiċ-ċentru tas-servizz imma fuq kollox, l-2023, hi sena li matulha l-kumpanija qed tiċċelebra lill-ħaddiema li mingħajr id-dedikazzjoni tagħhom is-suċċess ta’ CareMalta Group ma setax ikun possibbli.

CareMalta Group jimpjega 1,200 persuna u joffri servizz lil aktar minn 1,600 resident.