Lokali

Fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ taraġ f’Xatt il-Mollijiet

Raġel ta’ 60 sena minn Briżebbuġa jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ taraġ li kien tiela’ biex jagħmel xi xogħol fuq bastiment li jinsab f’Xatt il-Mollijiet, il-Marsa. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8 ta’ dalgħodu.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, fejn ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Gabriella Vella ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurta fuq il-Post tax-Xogħol, għadhom għaddejjin.