Internazzjonali

Franza: Ikomplu l-protesti kontra r-riforma tal-irtirar

Komplew għaddejjin il-protesti f’Pariġi dwar ir-riforma tal-irtirar… protesti li ilhom għaddejjin għal dawn l-aħħar jien, għalkemm issa s-sitwazzjoni kkalmat xi ftit.

Madwar 700 persuna niżlu fit-toroq fejn bdew iqabbdu ż-żibel, ikissru kull ma jsibu quddiemhom fit-toroq u jwaddbu oġġetti lejn il-Pulizija.

Ir-riforma tal-irtirar li qed jipproponi l-President Emmanuel Macron tgħid li l-età ta’ rtirar titla’ minn 62 għal 64 sena, mingħajr l-approvazzjoni tal-Membri Parlamentari.