Kultura Lokali

‘Ġrajjitna’ – Rappreżentazzjoni riflessiva għal żmien l-Għid

L-iskola Medja u Sekondarja taż-Żejtun, fi ħdan il-kulleġġ San Tumas More, ħa tkun qed ittella’ attivita’ bl-isem ‘Ġrajjitna’ – attivita’ b’risq il-fondazzjoni ALS Malta.

‘Ġrajjitna’ tikkonsisti fi preżentazzjoni riflessiva mal-ġonna tal-iskola. L-udjenza ssegwi l-ħajja ta’ ħafna karattri li niltaqgħu magħhom matul il-passjoni ta’ Ġesu fuq din l-art – ġrajjiet li qatt ma ntesew. Wara l-preżentazzjoni ser ikun hemm ukoll minn fejn jista’ jinxtara ikel u rigali kif ukoll xogħol artiġjanali, li nsibuhom f’dan iż-żmien tal-Għid il-Kbir.

Wieħed jista’ jibqa’ jgawdi l-atmosfera flimkien mas-sehem tal-banda tal-iskola li ser tkun qed takkumpanja din l-attivita’.
Id-dati ta’ ‘Ġrajjitna’ ser ikunu l-5 u 6 t’April mis-6pm sal-11pm, b’rapreżentazzjoni kull siegħa.

Dħul huwa ta’ donazzjoni ta’ €2 bil-qliegħ kollu ser imur għal ALS Malta. Din l-attivita’ ser tkun bis-sehem ta’ għalliema, studenti u ġenituri tal-istudenti mill-iskola stess.

L-organizzaturi jirringrazzjaw lil kull min ta s-sehem tiegħu biex ‘Ġrajjitna’ tkun possibbli li tittella’.