Futbol Sport

Herve Renard itemm il-kuntratt tiegħu mal-Arabja Sawdija

Herve Renard laħaq ftehim mal-Assoċjazzjoni tal-Futbol tal-Arabja Sawdija biex il-kuntratt tiegħu jiġi tterminat 4 snin qabel jiskadi fl-2027.

Skond rapporti fil-media internazzjonali, Renard se jkun qed jieħu f’idu t-tmexxija tat-tim Nazzjonali tan-Nisa ta’ Franza wara t-tkeċċija ta’ Corinne Diacre aktar kmieni dan ix-xahar.

Renard sar kowċ tal-Arabja Sawdija fl-2019 u mexxa lit-tim għal rebħa storika kontra l-Arġentina fl-ewwel logħba tat-Tazza tad-Dinja fil-Qatar.

It-tim tan-Nisa ta’ Franza jinsab fil-ħames post fir-rankings tad-dinja u qed jimmira li jirbaħ l-ewwel Tazza tad-Dinja fl-istorja.