Nhar il-Ħadd, 2 ta’ April, Island Car Club ser jorganizza l-Ewwel Round tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Hillclimb ġewwa l-Imtaħleb.
Għalkemm dan ir-round inizjalment kien skedat għall-5 ta’ Marzu fil-Ġnejna, dakinhar kellu jieqaf u jiġi pospost minħabba dewmien fil-bidu tal-avveniment u kundizzjonijiet ħżiena tat-temp.
Madwar 60 karozza fi klassijiet differenti se jkunu qed isuqu fil-famuża telgħa tal-Imtaħleb quddiem numru ta’ dilettanti li mistennija jattendu dan l-avveniment.


