Id-deputat Nazzjonalista Adrian Delia ppreżenta fil-parlament iktar provi li juri li l-Prim Ministru Robert Abela kien ilu jaf bil-frodi fil-kuntratti tal-isptarijiet iżda baqa’ m’għamel xejn.
Fl-Aġġornament tal-parlament, Adrian Delia qal li l-gvern u l-entitajiet tiegħu m’appellawx mis-sentenza tal-qorti dwar l-isptarijiet u kompla li ċertu dokumentinti kienu fil-pussess tal-gvern; kemm tal-Prim Ministru kif ukoll ta’ kapijiet ta’ entitajiet u ta’ dirġenti fil-gvern.
Dawn kollha dehrilhom li jżommu mistura dawn id-dokumenti, sostna Adrian Delia, li qal li hekk kif dawn id-dokumenti waslu għandu, hu qed jippreżentahom fil-parlament.
Hu qal li dawn id-dokumenti huma mill-Eursotat, emails dwar diskussjonijiet mal-gevrn qabel Stewrad ħadet il-konċessjoni, dokument dwar tentattivi ta’ ristrutturar tal-konċessjoni, MOU bejn il-Gvern datat 22 ta’ Awwissu 2019, ittra mill-gvern li tapprova tibdil fil-kontroll tal-kumpanija konċessjonarja, email tal-Avukat tal-Istat dwar rinegozjar tal-konċessjoni u ittra ta’ protesta tal-2021 iffirmata minn Steward lill-Prim Ministru Robert Abela u lill-Avukat tal-Itat li tesponi l-isfond tan-negozjati.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li jirriżulta li mhux 20 ġurnata kien ilu sieket il-Prim Ministru imma ħafna iktar. Fis-27 ta’ Settembru 2021, Robert Abela u l-Avukat tal-Istat irċecvew ittra mingħand Steward li l-għoti tal-kuntratt lil Vitals kien imporpju u frawdalenti u li hemm indikazzjonijiet ċari li dan kien il-akż u li jeħtieġ iktar investigazzjoni. Steward qalu wkoll li hemm proċeduri kriminali fis-seħħ u li saret tfittxija mill-Pulizija fl-uffiċni tagħhom.
Għalhekk f’Settembru 2021, il-Prim Ministru għandu ittra mingħad Steward, iffirmata tess mill-President u mis-CEO tal-kumpanija li qed tgħidlu li kien hemm irregolaritajiet jekk mhux frodi fil-konċessjni tal-isptarijiet.
Dak iż-żmien kienet għaddejja l-kawża fil-qorti u ma kienx għad hemm is-sentenza u Robert Abela kien għadu qed jiddefendi l-kuntratti kif għamel sa meta ngħatat id-deċiżjoni.
Adrian Delia qal li l-Prim Ministru kien jaf b’dak li qed jgħidulu Steward dwar l-irregolaritajiet jekk mhux frodi. L-ittra kienet iffrmata mill-President u CEO Armin Ernst li kien is-CEO ta’ Vitals qabel ma daħlu Steward.
Għalhekk dan kien l-iktar persuna li f’dan l-iskandlu kollu kellu aċċess għall-informazzoni. Minkejja din l-evidenza ta’ 11-il paġna, Robert Abela kien jaf dawn il-kuntratti kienu ivvizzjati imma jibqa’ jiddefendihom.
L-istorja mhux se tispiċċa hawn, sostna Adrian Delia.
//= $special ?>