Lokali Parlament

Il-gvern ilaqqa’ l-Kumitat tal-Abbozzi minn wara dahar l-Oppożizzjoni

Il-gvern laqqa’ l-Kumitat tal-Abbozzi li ddiskuta emendi importanti dwar estenzjoni għall-arrest f’każi ta’ iktar minn 12-il sena ħabs mingħajr minn wara dahr l-Oppożizzjoni u meta ma kienx hemm ftehim dwar id-data tal-laqgħa.

Kien il-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar li fis-seduta parlamentari tal-lum, irreġistra ilment formali dwar kif il-Kumitat tal-Abbozzi tlaqqa’ minn wara dahar l-Oppożizzjoni meta kien hemm qbil bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni li l-kumitat ma kellux jitlaqqa’ llum propju minħabba li ma kienx hemm qbil mal-Gvern dwar id-data.

Id-deputat Nazzjonalista Karol Aqulina ikkonferma dak li qal il-Whip tal-Oppożizzjoni u qal li jekk il-gvern se juża’ din it-tip ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-gverm, allura l-Opożizjzoni taġixxi mod ieħor. Id-diskors kien ċar li jekk ma jkunx hemm qbil dwar id-data tal-kumitat, l-laqgħa ma ssirx. Minkejja dan iċ-Chairman tal-Kumitat Michael Farrugia beda l-laqgħa mingħajr l-approvazzjoni tal-Oppożizzjoni.

Id-deputat Laburista Michael Farrugia qal li hu l-President tal-Kumitat tal-Abbozzi li jsejjaħ il-laqgħa tal-kumitat u sostna li kien hemm korrispondenza bejn il-membri kollha tal-Kumitat li kellhom jipparteċipaw. Hu sostna li bl-ebda ħin ma kien hemm talba mill-Oppożizzjoni biex il-laqgħa ma ssirx.

Il-Ministru Jonathan Attard qal li l-Oppożizzjoni ma ressqitx l-emendi u għalhekk il-gvern ma riedx jikkanċella din il-laqgħa.

Karol Aquilina qal li l-Ministru Attard mhux jgħid il-verità għaliex hu kien ta l-pożizzjoni tal-Oppożizzjoni għal kull emenda li għandu l-gvern.

Il-Ministru Attard qal li l-avviż qatt ma sab oġġezzjoni mill-Oppożizzjoni.

Robert Cutajar qal li kien ċempel lill-iskrivan responsabbli mill-kimitat u sostna li jidher li l-Ministru Attard ma kienx informat miċ-Chairman tiegħu.

Michael Farrugia talab il-protezzjoni tas-Sedja wara li wara l-Kumitat, tela’ d-deputat Karol Aquilina u qallu li kien se jżommha fil-komma u li kien se jfakkarhielu, li se jżommha mija fil-mija u li hu se jagħmilhielu.

Karol Aquilina sostna li l-laqgħa saret mingħajr l-Oppożizzjoni u lill-Ministru Farrugia kien qallu li dak li ġara mhux se jinsih u lki se jieħu azzjoni dwaru kif fil-fatt għamel fil-parlament.