Lokali

Imut il-fundatur ta’ Hal Mann

Tħabbret il-mewt tal-fundatur ta’ Hal Mann, Nażżareno Vella fl-età ta’ 89 sena.

Il-fundatur ta’ Hal Mann kien beda n-negozju tiegħu fl-1954 fl-Imġarr fejn wara 14-il sena, huwa kien mexxa n-negozju tal-madum tiegħu għal Ħal Lija. Il-kumpanija tant kibret li kellu ‘l fuq minn mitt impjegat miegħu .

Il-kumpanija ta’ Hal Mann kienet tispeċjalizza fost l-oħrajn fil-madum u r-resin.

Huwa miet il-bieraħ 28 ta Marzu imdawwar b’dawk l-iktar għeżież għalih, fosthom martu Mary Rose u membri tal familja tiegħu kkonfortat bis-sagramenti mqaddsa.

Il-funeral tiegħu se jkun qed isir is-Sibt 1 t’April fis-2pm fil-Knisja ta’ Santa Marija Assunta, fl-Imġarr.