Lokali Parlament

Inutli jsiru l-liġijiet dwar il-vjolenza domestika jekk m’hemmx riżorsi biex jitwettqu

Claudette Buttigieg, PN

Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg qalet fil-parlament li inutli jsiru l-liġijiet dwar il-vjolenza domestika jekk m’hemmx riżorsi biex jitwettqu.

Claudette Buttigieg qalet li mhux se jinħoloq reġistru iżda l-persuna li tkun f’relazzjoni mal-aggressur trid tagħmel it-talba hi għall-informazzjoni. Hi sostniet dan il-proċess kontra l-vjolenza domestika qed isir bl-iskossi u kompliet li l-inkjesta dwar il-qtil ta’ Bernice Cilia (Cassar) għandha tkun ippubblika u mhux biss il-konklużjonijiet għaliex din hi inkjesta importanti ħafna.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-wiegħdi li jsiru lill-persuni li jkunu vittmi ta’ vjolenza domestika għandhom jinżammu anki fil-kuntest li l-inkjesta dwar Bernice Cilia (Cassar) iddikjarat li m’hemmx riżorsi biżżejjed.

Id-deputat Nazzjonalista sostniet li t-€80 miljun li ngħataw lil Steward kellhom ikunu investiti fl-appoġġ lill-persuni vittmi tal-vjolenza domestika, fil-pulizija, fil-qrati u fis-servizzi meħtieġa.

Claudette Buttigieg sostniet li l-gvern iwieġeb biss b’mod mhux konkret il-mistoqsijiet parlamentari dwar il-vjolenza domestika u mhux veru li ħafna rakkomandazzjonijiet tal-Grevio qed ikunu implimentati.

Id-deputat Nazzjonalista kompliet li waħda mill-forom ġodda ta’ vjolenza domestika li qed tikber fil-pajjiz hi dik tat-tfal fuq il-ġenituri tagħhom. Hi qalet li mhux hemm tinduna li persuna tista’ twettaq il-vjolenza u appellat beixikun hemm attenzjoni kbira għal min se jkollu aċċess.

Claudette Buttigieg qalet li l-istandards tal-atteġġjament quddiem il-vjolenza domestika ilhom sitt snin biex jidħlu. Dwar it-taħriġ speċjalizzat, id-deputat Nazzjonalista qalet li dan mhux jittieħed bis-serjetà. Suppost hawn team multidixxplinarju li jiffoka fuq it-taħriġ iżda minkejja li dan tħababr fl-2018 għadu qatt ma daħal fis-seħħ.

Id-deputat Nazzjonalista semmiet il-hubs fl-Imsida u f’Santa Luċija u appellat biex isir wieħed in-naħa ta’ fuq ta’ Malta u ieħor f’Għawdex. Hi tkellmet dwar jekk fl-għases tal-pulizija hemmx postijiet partikolari fejn ikunu trattati persuni ta’ vjolenza domestika u qalet li dawn għadhom ma sarux.

Claudette Buttigieg sostniet li l-hubs għandhom jipprovdu l-informazzjoni neċessarja u qalet li irid ikun attenzjoni għall-abbuż minn xi persuni li jridu jitkixfu fuq persuni meta dawn mhux veru jkunu f’relazzjonijiet magħhom.