Lokali Parlament

Ir-rata ta’ vjolenza domestika hi allarmanti f’pajjiżna

Graziella Attard Previ, PN

Id-deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ qalet fil-parlament li r-rata ta’ vjolenza domestika hi allarmanti f’pajjiżna.

Graziella Attard Previ qalet li imħabba m’għandha qatt twassal għall-vjolenza u sostniet li l-Oppożizzjoni tilqa’ kull liġi kjontra l-vjolenza domestika. Dan abbozz qed jistabilixxi proċedura meta persuni jkollhom suspett fuq is-sieħeb tagħhom li jkollhom relazzjoni miegħu. Għalhekk issa jkunu jistgħu jsiru l-investigazzjonijiet neċessarji u jekk ikun hemm ħtija ta’ vjolenza domestika, tkun tista’ tinħareġ twissija ta’ vjolenza domestika.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-vittmi tal-vjolenza domestika huma ħafna u sostniet li sa April tal-2022 kien hemm 2,919 persuna li rrikorrew għal servizz ta’ għajnuna ta’ apoġġ għall-vjoelza domestika; żieda ta’ 14% fuq is-sena ta’ qabel.

Graziella Attard Previ sostniet li dawn huma ċifri allarmanti u kompliet li dan il-vittmi għandhom jingħataw protezzjoni għaliex idn hi l-ikbar karba tagħhom. Hi qalet li jeħtieġ bidla fil-mentalità u qalet li l-mentalità għadha maskilista u dominanti ħafna. Jeħtieġ kampanja ta’ edukazzjoni fl-iskejjel u fix-xandir dwar kif għandhom ikunu relazzjoni b’saħħithom mibnija fuq rispett u ta’ kundanna totali għal kull tip ta’ vjolenza.

Id-deputat Nazzjonalista kompliet li għad hawn stigma fuq il-vjolenza domestika u spegat li hemm ħafna li jaħdmu l-vjolenza domestika. Jirriżulta li 79% tal-vittmi huma nisa għalkemm hemm ukoll irġiel li jbatu l-vjolenza domestika li jbatuha fis-silenzju. Minn Jannar sa Ottubru 2022 daħlu 1,414-il rapport ta’ vjolenza domestika, li minnhom 1,119 nisa u 400 irġiel.

Graziella Attard Previ qalet li minkejja li dawn il-vittmi qed jersqu għall-għajnuna u qed jafdaw is-sistema, ftit ġimgħat ilu inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Bernice Cassar kkonkludiet li l-Istat falla lil Bernice Cassar.

L-Istat u l-istituzzjonijiet fallew minħabba nuqqas ta’ riżorsi u ammont kbir ta’ xogħol fil-Pulizija flimkien ma’ nuqqas ta’ riżorsi fil-Qorti tal-Familja. S’issa għadu ma nbidel xejn u l-Istat u l-istituzzjonijiet għadhom ifallu lil dawk li jeħtieġu protezzjoni.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li fl-2022 bdiet mit-traġedja ta’ Paulina Demska f’Tas-Sliema li seħħet għax il-vittma kienet mara. Ftit wara inqatlet Rita Ellul u aktar tard Bernice Cassar, li għamlet minn kollox biex tipproteġi lilha nnfisha u lil uliedha. Ma tawx kasha insewha u pposponew li tittieħed azzjoni, sostniet id-deputat Nazjonalista, li kompliet li l-parlament qed ikun reattiv flok proattiv.

Attard Previ kompliet li hemm rapporti fil-media fejn mara qed issostni li donnu l-awtortitajiet qed jistennew iktar vittmi qabel jieħdu azzjoni. Dan filwaqt li l-ministru jammetti li rapport ikkummissjonat mill-gvern stess dwar il-vjolenza domestika ma waslax għandu.

Hi għamlet riferenza għall-Grevio li jieħdu azzjoni kontra l-vjolenza domestika u qalet li l-pulizija mhux jingħataw it-taħriġ neċessarju. Hemm ukoll rapport il-media li fih jingħad li l-pulizija qalu lil vittma ta’ vjolenza li kienu dejquhom ġejjin u sejrin jagħmlu r-rapporti.

Id-deputat Nazzjonalista tkellmet dwar l-importanza li tinġabar l-informazzjoni dwar il-forom kollha ta’ vjolenza domestika koperta bil-Konvenzjoni ta’ Istanbul. Hi qalet li l-investiment għandu jsir fl-entitajiet li huma involuti fil-protezzjoni tal-vittmi tal-vjolenza domestika fosthom fil-Korp tal-Pulizija, iktar shelters ta’ sigurtà u aktar trattament ta’ għajnuna. Hu pożittiv li żdiedet maġistrat fil-kawżi dwar il-vjolenza domestika iżda dawn xorta għandhom bżonn iktar riżorsi. Hi appellat biex tititeħd azzjoni imedjata għax kull ġurnata tgħodd.