Internazzjonali

Ir-Renju Unit: Pulizija akkużat li sawwat tifla wara li ġiet arrestata

Pulizija Brittaniku qed ikun akkużat li f’Awwissu li għadda f’Arnold, qrib Nottingham, abbuża lil tifla ta’ 16-il sena fuq wara tal-karozza tal-Pulizija wara li ġiet arrestata.

Fost l-allegazzjonijiet hemm li l-Pulizija, Kevin Markowski sawwat u saħansitra żamm lit-tifla b’ta’ li mod li beda jifgaha.

Il-Pulizija ta’ 46 sena mistenni jidher fil-Qorti ta’ Lincoln Magistrates il-Ħamis li ġej.