Lokali Qorti

Jammetti żewġ serqiet għax skont hu għandu problema ta’ użura u mhux droga

Raġel ammetta li għandu l-vizzju tas-serq u li għandu ’kundanna preċedent fuq frodi qal lill-qorti li “ma kellux problema bid-droga, iżda bl-użura.” L-Ispetturi Paul Camilleri u Antonello Magri akkużaw lil Rod Cini ta’ 39 sena minn Raħal Ġdid quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella li f’Jannar seraq ġojjellerija b’valur ta’ €160 minn ħanut f’Raħal Ġdid u oġġetti oħra b’valur ta’ €62 minn supermarket fil-Fgura it-Tnejn filghodu. Cini kien mixli wkoll li sar reċediv.

L-Ispettur Camilleri qal li l-pulizija kienet tkellmet mal-imputat, li huwa magħruf mal-pulizija b’ismu, f’diversi okkażjonijiet fil-passat. Huwa ġie rikonoxxut mill-ewwel mill-filmati tas-CCTV tas-supermarket u ġie arrestat nhar it-Tlieta.

“Konna nafu li kellu problema tad-droga u kien ipprova jagħtih l-opportunità li jirriforma lilu nnifsu imma meta beda jerġa’ jikkommetti r-reati, u kellna nieħdu azzjoni,” qal l-ispettur. Mistoqsi mill-Qorti x’se jkun qed iwieġeb għall-akkużi, Cini wieġeb ħati.

L-Ispettur Camilleri talab lill-qorti biex timponi sentenza ta’ ħabs, flimkien ma’ ordni ta’ trattament għall-vizzju tiegħu fuq narkotiċi. Iżda l-imputat, permezz tal-avukat tiegħu maħtur mill-Qorti Luke Valletta, qal lill-Qorti li ma kellux problema bid-droga, iżda bl-użura.

Id-difiża ma oġġezzjonatx għall-ordni ta’ trattament. “Jien tifel tajjeb, tħawwadt…” qal l-imputat, li ndirizza lill-Maġistrat direttament. “Għandi numru ta’ kundizzjonijiet mediċi u nieħu ħsieb lil ommi waħdi.” Il-Qorti spjegat li l-ordni ta’ trattament kienet maħsuba biex tgħinu jindirizza t-tipi differenti ta’ problemi li kien qed jiffaċċja.

Meta qieset l-ammissjoni bikrija ta’ Cini, flimkien mar-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-partijiet, il-qorti kkundannat lill-ħalliel għal seba’ xhur ħabs, u poġġietu wkoll taħt ordni ta’ trattament għal ħames snin. L-ordni ta’ kura kienet maħsuba biex tgħinu jindirizza l-problemi tiegħu ta’ droga u użura, tenniet il-qorti.

Hi wissiet lill-imputat li kwalunkwe nuqqas li jsegwi d-direzzjonijiet tal-uffiċjal tal-probation tiegħu jirriżulta fi priġunerija itwal. Waqt li l-Maġistrat kienet qed jiffirma l-ordni, l-imputat ilmenta mal-gwardjani tal-ħabs u mal-uffiċjali tal-pulizija preżenti li ma kien hemm “l-ebda għajnuna disponibbli” u kien qed jagħti x’jifhem li se jappella mis-sentrnza.

“Għandi bżonn nieħu ħsieb ommi, hi dejjem waħedha,” hu tenna. Wara li reġa’ ċempel lill-avukat tiegħu, l-imputat ippreżenta talba għas-sospensjoni tas-sentenza tiegħu – normalment issir għall-preżentazzjoni ta’ appell. Peress li ma talabx il-libertà proviżorja, huwa nżamm arrestat, xorta waħda.