Sport Sport Ieħor

Karting: Ayrton Tonna fit-tieni post fil-Coppa Italia Sicilia

Bejn il-Ġimgħa 24, u l-Ħadd 26 ta’ Marzu, is-sewwieq tal-Karting Ayrton Tonna kien fiċ-Circuito Internazionale di Triscina fi Sqallija biex jikkompeti fit-tieni tellieqa tal-Coppa Italia Sicilia.

Sfortunatament, l-affarijiet ma bdewx tajjeb, peress li t-tim ta’ Ayrton kellu diffikultajiet biex jissetja ix-chassis u jsib is-set up korrett tal-magna. Madankollu, dan ma qatax qalb Tonna u xorta reġa sab postu  fuq il-podju.

Tonna kiseb it-tieni post fil-pole position, spiċċa il-prefinali fit-tieni post u l-finali fit-tieni post ukoll.

Dan huwa t-tieni podju fi Sqallija għal Tonna, hekk kif fl-ewwel rawnd ta’ dan il-kampjonat li sar bejn is-26 u s-27 ta’ Frar, f’Pista Del Sole, f’Siracusa Sqallija, spiċċa fl-ewwel post.

Wara t-tellieqa Ayrton Tonna irringrazzja lil missieru, Jonathan Tonna, li kien il-kowċ, il-mekkanik tiegħu u fuq kollox ta’ sapport morali.