Lokali

L-Awditur Ġenerali mitlub jinvestiga l-kuntratt mal-ITS

L-Awditur Ġenerali intalab jinvestiga il-kuntratt ta’ xogħol mogħti mill-ITS lid-deputat Laburista Rosianne Cutajar – kuntratt illi minnu hi dahhlet 81,000 ewro fi tliet snin.

Id-dettalji tal-kuntratt ġew publikati mis-sit TheShiftNews, u qatt ma ġew miċħuda minn Rosianne Cutajar.

Id-deputat Laburista kellha tagħti servizz lill-ITS fil-qasam ta’ amministrazzjoni finanzjarja meta huwa fatt magħruf li din ma għandħa l-ebda kompetenza f’dan il-qasam. U ghalhekk, l-Awditur Ġenerali għandu jistabbilixxi jekk kienx hemm abbuż.

It-talba għal din l-investigazzjoni saret mill-ADPD.