Lokali

L-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni tirċievi 68 ilment f’sitt xhur

Matul l-aħħar sitt xhur tal-2022, l-Awtorità rċeviet 68 ilmenti, li minnhom 90% kienu dwar servizzi tal-komunikazzjoni elettroniċi (mowbajl, linja fissa, internet u televiżjoni), filwaqt li 10% kienu dwar is-servizzi postali. L-MCA rrapurtat tnaqqis ta’ 4% fl-ilmenti li rċiviet f’dan il-perjodu meta mqabbla mal-ewwel sitt xhur tal-2022. L-Awtorità rċeviet ukoll 347 talba għall-informazzjoni dwar diversi kwistjonijiet relatati mas-setturi regolati minnha.

L-istatistika tal-ilmenti turi li l-kwalità tas-servizz tibqa’ l-aktar tip komuni ta’ ilmenti li tirċievi l-Awtorità b’34 ilment irrapurtat. L-iktar kwistjonijiet komuni relatati mal-kwalità tas-servizz kienu dwar customer care (15) u ħsarat fis-servizz (12). Ilmenti oħra dwar il-kwalità tas-servizz kienu jinkludu kwistjonijiet dwar il-veloċità tal-internet (2), nuqqas ta’ aċċess fis-servizz (3), mobile reception (1) u l-użu talmowbajl barra minn Malta (1).

L-MCA rreġistrat ukoll ilmenti oħrajn li kienu dwar problemi bl-aċċessibbiltà tal-istazzjonijiet tat-televiżjoni free-to-air, il-kontijiet, terminazzjoni tas-servizz jew tibdil fis-servizz u kwistjonijiet kuntrattwali.

L-MCA rreġistrat seba’ ilment postali matul l-aħħar nofs tal-2022. L-MCA ġabet dawn il-każijiet għall-attenzjoni tal-operaturi postali sabiex ikunu jistgħu jinvestigaw aktar il-kwistjonijiet imqajma u jindirizzaw kwalunkwe kwistjoni sussegwenti kif xieraq.