Internazzjonali

New Zealand: Spettaklu ta’ kuluri li jsaħħar

Spettaklu uniku wassal biex diversi persuni qattgħu l-iljieli tagħhom imqajmin biex jaraw il-kuluri mill-isbaħ li xegħlu s-sema fi New Zealand.

Il-fenominu, magħruf bħala Southern Lights jew Aurora Australis, huwa wieħed rari fi New Zealand. Wieħed seta’ jara s-sema mal-lejl mixgħula b’kuluri ħodor u roża. Dan il-fenominu jseħħ meta l-atmosfera tiltaqa’ ma’ partiċelli li jkunu għaddejjin qrib il-magnetic field lines tad-dinja.

Qed ikun irraportat li din is-sena, il-kuluri dehru ferm iktar b’saħħithom vivaċi tant li dehru minn postijiet li mhux normalment jidhru. Matul lejl bla ċpar jew sħab, dan il-fenominu kapaċi jdum jidher bejn siegħa u tliet sigħat sħaħ.

Auroras kapaċi jidhru matul is-sena kollha iżda hi possibiltà ikbar li jidhru matul Marzu jew Settembri. Dan hekk kif ix-xemx tiltaqa’ ma’ iktar tempesti solari matul dawn ix-xhur.