Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech staqsa lill-Prim Ministru meta se tkun qed tirriżenja d-deputat Laburista Rosianne Cutajar issa li għaddew 24 siegħa minn meta l-Prim Ministru stess iddikjara li li ħadd mhu ikbar mill-pajjiz.
Fil-parlament, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech staqsa x’għamel il-Prim Ministru dwar dan il-każ u jekk ħax passi dwar id-deputat Laburista Rosianne Cutajar u meta se tkun qed tirriżenja.
Il-każ tad-deputat Laburista Rosianne Cutajar kienet involuta f’numru ta’ chats mal-imprenditur Yorgen Fenech, li jinsab akkużat bil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Minn dawn ic-chats irriżulta li Rosianne Cutajar kienet diżappuntata bis-sitwazzjoni tagħha fil-gvern Laburista u ddikjarat li issa li kulħadd kien qed jitħanżer, anki hi kienet se tmur konsulenta mal-ITS. Din il-konsulenza, li tammonta għal madwar €80,000, issa qed tkun investigata mill-Kummissarju għall-Istandards.
Wara l-pubblikazzjoni ta’ dawn ic-chats il-Prim Ministru Robert Abla iddefenda lil Cutajar u pubblikament iddikjara li Rosianne Cutajar kienet diġà ħallset il-prezz politiku għaliex xi snin ilu kienet irriżenjat minn Segretarju Parlamentari minħabba dawn ic-chats.
Issa jidher li l-Prim Ministru bidel il-pożizzjoni tiegħu u qed li ħadd mhu ikbar mill-Partit Laburista u mill-pajjiż u li, minkejja li ma kienx tkellem magħha, Rosianne Cutajar kienet ħadet il-messaġġ li hu ried jibgħat.
//= $special ?>